Filmat: X’qed jikkonfoffaw Ġermana u Matteo?

Illejla se tkunu tistgħu ssegwu episodju ieħor tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba fid-8.50pm fuq TVM.

Il-ħaddiema ta’ Salvatore x’qed jgħidu fuqu? Għaliex Agatha tmur iċċanfar lil Ben u lil Katia? Elena tgħajjat lil Sergio biex turih għanqud għeneb. Għaliex tinsab imdejqa miegħu u x’se tgħidlu dwar it-trobbija li kellu? U hu x’se jgħidilha xħin jara lil Matteo ġej?

Ritratt: Ivan Borg

X’se tagħmel Bernadette xħin tidħol fil-kamra ta’ Ġiuseppe u x’se tgħidilha ommha? Ġermana tmur għand Ġiuseppe. X’se tgħidlu dwar l-inbid? X’se jiddiskutu dwar Karla u Salvatore?

Ritratt: Ivan Borg

Salvatore x’mar jagħmel fl-istalel?

Ġiuseppe jikkonfronta lil Sergio dwar irċevuta li kien sab fil-kamra tiegħu. X’kien għamel Sergio? X’inhuma jikkonfoofaw Ġermana u Matteo?

Ritratt: Ivan Borg

Hawn tista’ ssegwi dak li ġara fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra:

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Reewind, u jixxandar illum it-Tnejn fid-8.50pm fuq TVM.