Filmat: X’qed jiġri stramb fid-dar tan-nanna?

It-tfal iħobbu ħafna jmorru għand in-Nanna għax kif jgħid il-Malti “Tan-Nanna Ħelu Manna” biss għal Emma il-każ kien ftit differenti.

Kif se naraw illjela fl-episodju li jmiss mis-sensiela Aenigma Emma tgħix man-nanna, peress li ommha Gloria kienet marret tgħix għand omm ir-raġel tagħha Julian. Imma x’qed jiġri stramb fid-dar tan-nanna?

Vivienne Caruana

U John min hu? Kif jidħol fl-istorja? Gloria kif tmur mal-kunjata Jane? Kif ser tispiċċa l-istorja bejniethom?

F’dan l-episodju jieħdu sehem fost oħrajn Sarah Camilleri, Vivienne Caruana u Gino Lombardi.

Sarah Camilleri

Aenigma jixxandar fuq Melita More, Channel 315, nhar ta’ Ħamis fil-11.30pm.