Filmat: X’qed jagħmel l-attur Can Yaman fl-Italja?

Filmat: Instagram/CanYaman

Sa ftit tax-xhur ilu l-attur Can Yaman ma kienx magħruf la fl-Italja, u wisq aktar f’Malta. Iżda wara li matul dan is-sajf intweriet is-soap opera Torka Bitter Sweet fuq l-istazzjon Canale 5, huwa bħal donnu sar stilla mil-lejl għan-nhar.

L-attur f’dawn il-ġranet jinsab fl-Italja u kif tistgħu taraw mill-filmat, kien hemm stennija kbira mis-segwaċi ta’ dan l-attur.

Infatti kemm ilu li xxandar Bitter Sweet fuq il-Canale 5, l-attur irreġistra tlett darbiet aktar ta’ segwaċi fuq il-mezzi soċjali tiegħu.

Ħafna kienu qed jsitennewh fl-ajruport, u oħrajn fit-toroq tal-madwar, u oħrajn ittantaw xortihom biex jippruvaw jiċċumbah… u kien hemm min irnexxielu wkoll!

L-attur ma qagħdx lura u waqaf jieħu r-ritratti u ffirma l-awtografi biex żgur ma jiddisżappuntax il-fans numerużi tiegħu.

Iżda x’inhi r-raġuni li dan l-attur bħalissa jinsab f’Ruma, fl-Italja?

Filmat: Instagram/CanYaman

Ma hemm l-ebda konferma iżda hemm min qed jgħid li se jkun qed jidher fl-aħħar programm ta’ Amici Celebrities filwaqt li oħrajn qed jgħidu li jinsab Ruma biex jirrekordja intervista għall-programm Verissimo li Silvia Toffannin tippreżenta fuq il-Canale 5.

Hemm min qed jgħid ukoll li Yaman mhu se jidher fl-ebda minn dawn iż-żewġ programmi, iżda jinsab Ruma biex jirrekordja edizzjoni tal-programm C’è Posta per Te ta’ Maria De Filippi.

U xi ngħidu dwar id-dehra differenti tal-attur mill-mod kif deher f’Bitter Sweet għal mod kif qed jidher fl-Italja bħalissa?

Ritratt: Instagram/CanYaman

Ġie nnuttat li d-dehra tal-attur hi waħda differenti minn kif rajnih matul is-sajf fis-soap opera Torka Bitter Sweet. Dan għaliex li l-attur kellu jtawwal xagħru u jkabbar il-leħja minħabba fl-impenn tiegħu fil-produzzjoni Torka Erkenci Kus.