Filmat: X’qed ibiegħed lil Elaine mill-familja tagħha?

Ftit minn dak li se naraw fl-episodju li jmiss ta' Game Over!

Posted by DIVISION 7 on Friday, January 10, 2020

Illum fid-9pm l-istazzjon One se jkun qed ixandar it-tieni minn 10 puntati ta’ Game Over ta’ Jonathan Azzopardi bi produzzjoni ta’ DBA Entertainment.

Lara Azzopardi

Illejla se naraw li Elaine għandha relazzjoni sigrieta ma’ raġel ieħor. Iżda dan ir-raġel min hu?

Hija din ir-relazzjoni sigrieta li qed tbiegħed lil Elaine mill-familja tagħha? Jew hemm xi ħaġa ħażina fil-familja li ressqitha lejn dan ir-raġel?

Matul dan it-tieni episodju mhux se jonqsu wkoll stejjer oħra, mimlija intriċċi u tensjoni.

Fis-sensiela Game Over se nkunu qed naraw bosta atturi magħrufa li jinkludu lil Lara Azzopardi, Carlos Farrugia, Mario Gatt, Matthew Sant Sultana, Michela Borg Brincat, Manwel Cucciardi, Clayton Pace, Liam Vella, Jayden John Bonanno, Jonathan Azzopardi, Sinclair Mifsud, Federica Falzon, Mario Cassar, Lisa Vella, Glen Callus, Mariella Muscat, Eliza Dimech u Khaled Riani li nafuh aktar bħala l-“Ginger”.