Filmat: X’qawwa tagħtina l-fidi?!

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-preżentatur Ronald Briffa.

Il-qari tal-ġurnata

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa tal-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom. Madankollu mhux b’dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis-smewwiet”.

“Henjin l-għajnejn li jaraw dak li qegħdin taraw intom. Għax kif ngħidilkom jien, ħafna profeti u slaten riedu jaraw dak li qegħdin taraw intom u ma rawhx, u jisimgħu dak li qegħdin tisimgħu intom u ma semgħuhx”.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.