Filmat: X’qalu dawn l-ulied lil missirijiethom f’Jum il-Missier?

Nawguraw s-saħħa lill-missirijiet kollha fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier

Nawguraw s-saħħa lill-missirijiet kollha fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier

Posted by saħħa on Saturday, June 20, 2020

“Meta nagħmlu xi ħaġa tajba, kważi dejjem tkun grazzi għall-valuri li jkunu nisslu fina l-ġenituri tagħna,” qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Dan qalu f’filmat fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier.

Il-filmat imtella’ fuq il-paġna tal-Ministeru għas-Saħħa jara diversi missirijiet iħarsu lejn uliedhom b’imħabba u sens ta’ kburija. Dawn kienu kollha persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u l-qraba tagħhom.

Il-filmat huwa mod ta’ kif jintwera apprezzament lejn il-missirijiet fil-qasam tas-saħħa, b’mod partikolari qalb il-perjodu diffiċli li l-pajjiż għadda minnu b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus.

“Nixtieq ngħidlek grazzi ta’ kull ma tagħmel magħna u talli dejjem kont hemm ta’ eżempju għalina…għallimtni nkun umli u allura nuża l-umiltà fix-xogħol tiegħi bħala nurse,” qalet Daniela Vella, infermiera fil-ward ta’ Disneyland. Hi kienet qed titkellem ma’ missierha, Carmel Vella, li hu pensjonant.

“Kieku jkolli ħafna flus, nixtrilek vapur kbir,” qal iċ-ċkejken Matthias Spiteri ta’ seba’ snin lil missieru, it-tabib Michael Spiteri. Spiteri jaħdem bħala Clinical Chairperson fl-Isptar Mater Dei.

“Nirringrazzjak talli ggwidajtni biex nimxi fit-triq it-tajba,” qal Dr Simon Gatt li huwa Higher Specialist Trainee in Radiology lil missieru Mr Ray Gatt li huwa Consultant Orthopaedic Surgeon.

L-ulied staqsew lil missierhom jekk jagħmluhomx kburin u dawn, viżibilment emozzjonati, ikkonfermaw li wliedhom “mingħajr dubju ta’ xejn” jagħmluhom kburin.