​Filmat: X’prekawzjonijiet qed tieħu kontra n-nirien dan il-Milied?

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=HPUbN_3ykU8]

Is-St John Rescue Corps nediet kampanja bl-għan li titqajjem kuxjenza dwar perikli ta’ nirien u inċidenti fid-dar relatati maż-żmien tal-Milied.

Il-Kummissarju tas-St John Rescue Corps Andrew Grech qal li sfortunatament, mhux dejjem jittieħdu prekawzjonijiet bażiċi kontra perikli relatati man-nar fid-djar Maltin. Kompla jgħid li l-għan tal-kampanja huwa li jkun hemm aktar għarfien dwar linji gwida li kulħadd jista’ faċilment isegwi.

Heaters u fireplaces iżidu riskju jekk ma jintużawx tajjeb – Viċi Kummissarju

Il-Viċi Kummissarju Chris Borg Cardona spjega li l-pariri li qed tagħti l-għaqda għandhom jitqiesu bħala addizzjonali għal dawk li jiġu rakkomandati matul is-sena. Borg Cardona żied jgħid li “wieħed irid ukoll iżomm f’moħħu li f’dawn il-granet kesħin, minbarra s-sorsi ta’ sħana u dawl assoċjati ma’ dawn il-festi, il-biċċa l-kbira tad-djar Malti jagħmlu użu ukoll minn heaters u fireplaces, li jistgħu iżidu riskju ta’ nar jekk ma jintużawx tajjeb.”

Għal aktar pariri u informazzjoni tista’ żżur is-sit ta’ St John Resue Corps hawn.