Filmat: X’ordni se jagħti Bert lil Enrico F’L-Għarusa?

Żgur li ħafna huma dawk li qed jistennew li s-sensiela L-Għarusa tkompli fuq TVM. Nistgħu ngħidulkom li din is-sensiela b’kitba ta’ Audrey Brincat Dalli u produzzjoni ta’ SharpShoot Media se tkun qed tkompli fuq TVM minn bħal-lum ġimgħa, it-Tlieta 7 ta’ Jannar, fil-ħin tas-soltu tad-8.50pm.

Hawn hawn issib il-filmat ta’ x’se jiġri fl-episodju li jmiss, filwaqt li jekk trid tkun taf aktar dettalji, kompli aqra.

Amelia m’għandix pjaċir b’Kalċ u tixtieq taraħ jitlaq, iżda Lucrezia hija is-sinjura tad-dar u tridu ġo darha u lanqas Kalċ ma jixtieqx jitlaq. Il-konverżazzjoni bejn Flaminia u Karm tinbidel ħabta u sabta, filwaqt li kienu qed jidiskutu iż-żfin u il-mużika, f’daqqa waħda jara tbenġila fuq ida u din il-konverżazzjoni tinbidel għal kollox.

Tgħid kellu għalxiex jinkwieta Karm? Bert jsib ma wiccu lil Amelia fil-propjeta’ tiegħu, u b’hekk jiskopri li m’għadix tgħix fil-kunvent, iżda Bert mal-ewwel jibda jissuspetta li Bettina u Amelia kellhom l-għajnuna ta’ xi ħadd biex taħrab mil-kunvent u Bettina mal-ewwel tgħidlu li kien bis-saħħa ta’ Enrico li rrnexilhom.

Ritratt: Reno Rapa

Bert jagħmila ċara li ma jridx il Enrico ġo daru u li setgħa jgħin hu u Bettina allura m’għandomx bżonn iktar l-għajnuna ta’ Enrico. Bert jitkellem ma Enrico u jwissih biex ma jmurx jara lil Amelia u jagħmilulu ċara li din hija ordni u mhux suggeriment.