Filmat: X’kienet il-ħolma li kellu Jerome?

Ryan Borg se jkun qed iwassal illum edizzjoni oħra tal-programm Sibtek li jixxandar fuq TVM fis-12.45pm. 

Se tkun edizzjoni mill-aktar b’saħħitha hekk kif fl-istudjo se jkun hemm omm u missier Jerome Frendo, il-ġuvni li kien tilef il-battalja mal-kanċer. Se nsiru nafu aktar dwar il-ħolma li dan iż-żagħżugħ kellu. 

Insiru nafu aktar dwar kif din il-ħolma żvolġiet.

Fl-istess programm se niiltaqgħu ma’ ħafna esperjenzi ta’ nies li ġew iġġudikati fosthom titkellem omm l-artist Bernard Gellel fejn meta kienu msiefrin ħassitha skomda meta minħabba d-dehra u l-istil ta’ binha in-nies bdew izekzku fuqu, u ma qalgħux għajnejhom minn fuqhom.

Se tintlagħab logħba fejn se niltaqgħu ma’ raġel u permezz tad-dehra tiegħu in-nies fl-istudjo jridu jaqtgħu l-professioni tiegħu.

Fl-aħħarnett, niltaqgħu mal-koppja Liliana u Tony Camilleri u nsiru naf aktar dwar is-sigrieti tagħhom.

Sibtek tal-lum hu mimli daħk, spettaklu, logħob u emozzjonijiet.