Filmat: X’kien ġara eżatt meta welldet Francesca?

F’Ġieħ L-Imħabba jkompli llum b’episodju ieħor ġdid fejn se naraw lil Sergio ddisprat b’dak li kien għadu kif jisma’. Għaliex qed iħossu ttradut minn Ġiuseppe?

Ġużi tinduna li Laura kienet qed tibki. Kif se tikkunslaha? X’se tgħidilha dwar Erminia?

Dwar xiex se jitkellmu Bernardette u Salvatore? Agata x’se tgħidilha meta tarah miegħu?

Immorru lura f’dik il-ġurnata meta Ġiuseppe kien ħa lil Konċetta d-dar tiegħu biex ilaqqagħha mal-familja tiegħu. X’kienu qalu dwarha? X’kien ġara eżatt meta Francesca kienet welldet lill-binha?

Fejn se jmur Sergio? Ma’ min se jiltaqa’?

Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra.

F’Ġieħ L-Imħabba jixxandar fuq TVM fid-9pm. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.