Filmat: ​X’kapaċi tagħmel mara għat-tarbija fil-ġuf?

Storja vera kienet ispirazzjoni għad-diriġenti ta’ kumpanija Tajlandiża li tbigħ il-lingerie biex jibdew kampanja li permezz ta’ filmati juru s-sagrifiċċji li kapaċi tagħmel mara mingħajr l-ebda daqq tat-trombi.
F’ħajja fejn ir-reklamar jibbumbardjana biex inkunu sbieħ permezz ta’ prodotti tas-sbuħija, kirurġija kosmetika u dieti, dan ir-reklam jiffoka fuq is-sbuħija tal-personalità tal-mara.
Fil-fatt dan huwa wieħed minn sensiela ta’ tliet reklami li fuq ġrajja vera jirrakkonta dak li kapaċi tagħmel mara.