Filmat: X’jiġri f’każ ta’ emerġenza f’Għawdex

Read in English.

Il-kumitat edukattiv tal-inċidenti u l-emerġenza f’Għawdex organizza attività għall-istudenti Għawdxin fejn fiha ħadu sehem għadd ta’ ħaddiema tal-emerġenza minn diversi dipartimenti.

Din l-attività ġiet organizzata għall-jum iddedikat lill-infermiera tal-emerġenza. Minbarra infermiera mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ħadu sehem ukoll il-Pulizija flimkien ma’ għadd ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili bbażati f’Għawdex.

L-istudenti kellhom l-opportunità jaraw x’jiġri meta wieħed iċempel in-numru tal-emerġenza 112 u jaraw mill-qrib il-ħidma li ssir minn dawn il-ħaddiema f’każ ta’ incident tat-traffiku peress li l-ħidma ffukat fuq karozza li nqalbet apposta biex issir ħidma ta’ emerġenza.

Il-filmat ġie ppubblikat minn Steward Health Care li qed imexxu l-isptar ta’ Għawdex flimkien ma’ żewġ sptarijiet oħra f’Malta.