Filmat: X’jagħmel Benny bħala xogħol full time?

Il-kantant magħruf Benny Grima tkellem ma’ Newsbook.com.mt dwar ix-xogħol tiegħu bħala mużiċist. Ġewwa l-Belt Valletta huwa jarma bid-diski tiegħu u jdoqq lill-pubbliku.

Benny spjega li huwa jkanta b’diversi lingwi fosthom bil-pollakk, biċ-Ċiniż u bl-Indjan. Huwa qal li jippreferi jdoqq fit-toroq ta’ Malta milli ġol-lukandi. Permess ta’ dan ix-xogħol huwa tgħallem madwar 45 lingwa differenti.

Benny Grima twieled fit-8 ta’ Marzu 1954 fin-Naxxar u miżżewweġ lil Tonia u flimkien jiffurmaw duo. Dan id-duo ġie ffurmat fl-1985 u għadhom ikantaw flimkien sal-lum. Huma magħrufin l-aktar għall-kanzunetta tagħhom Forza Malta. Benny ġej minn familja ta’ mużiċisti u ta’ 13-il sena huwa kien idoqq il-kitarra. Fl-1974 huwa fforma l-ewwel grupp tiegħu bl-isema ta’ Harmonic Sound. Fl-1977 il-grupp biddel l-ismu għal The Rookies u ħarġu l-ewwel diska li kiien jisimha Hija.

Filmat: Miguela Xuereb