Filmat: Xita ta’ bews u grazzi mill-iscouts tal-Qawra għall-frontliners

Diversi tfal li ġejjin mill-grupp tal-iscouts tal-Qawra flimkien għaqqdu messaġġ ħelu fejn irringrazzjaw minn qalbhom lill-fontliners kollha li bħalissa qed jaħdmu barra biex iżommuhom u lill-Maltin l-oħrajn kollha siguri.

Fil-messaġġ tagħhom it-tfal urew li fehmu li dan huwa żmien diffiċli għal kulħadd, b’mod partikulari għal dawk li qed jaffaċċjaw il-pandemija b’wiċċhom bil-quddiem.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn