Filmat: Xita nieżla f’Marsalforn

F’filmat li ttella’ fuq il-paġna ta’ Facebook Gozo Weather Page, jidher li Marsalforn dalogħdu ntlaqat minn maltemp qawwi.

Skont is-sit tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta, jidher li nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, Malta se tintlaqat minn maltemp, filwaqt li jidher li għadu mhux ċar jekk hemmx ċans ta’ maltemp nhar il-Ħamis.

Għalhekk, jekk kellkom ħsieb tmorru l-baħar fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, aħsbuha darbtejn.

Filmat: Arnaud Bouvier/Gozo Weather Page