Filmat: X’inhu l-futur tal-Istitut?

Fl-episodju tal-lejla tas-sensiela Fattigi se naraw lil Sister Margerita tieħu deċiżjoni, u bil- mod qed tgħid lil kulħadd x’inhu l-pass li jmiss.

Catherine se taffaċċja lil Maurizio u toffrilu proposta dwar il-futur tal-Istitut. Francis tieħu pjaċir tisma’ lil Catherine taqra l-ittri li omm Catherine kienet kitbet lil Oliver.

Intant Jonathan ikompli jagħżaq u jgħaffeġ is-sitwazzjoni tiegħu.

Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra:

Hawn tista’ ssegwi aktar xeni mill-puntata tal-lejla:

Fattigi hija produzzjoni ta’ Watermelon Media u tixxandar fuq Net fid-8.45pm.