Filmat: X’inhu isqof? Kif jintgħażel?

X’inhu isqof? Kif jintgħażel? U kif isir? Issa li sar isqof, x’ser jagħmel?

X’inhu isqof? Kif jintgħażel? U kif isir? Issa li sar isqof, x’ser jagħmel?Dan il-vidjo, maħdum apposta b’animazzjonijiet ħelwin minn Catholic Kids Media f’kollaborazzjoni mad-Djoċesi ta’ Għawdex, fuq skript mexxej miktub minn Dun Joseph Bajada, iwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet kollha u jgħin lil żgħar u kbar jifhmu aħjar x’inhi l-missjoni ġdida li issa ġie fdat biha l-Isqof tagħna Dun Anton Teuma.

Posted by Diocese of Gozo on Tuesday, September 15, 2020

Filmat animat maħruġ mid-Djoċesi ta’ Għawdex jispjega lill-pubbliku l-istorja ta’ kif bdew l-isqfijiet, x’inhu isqof, kif jintgħażel u wara li jsir isqof, x’jagħmel.

Il-filmat kien ippubblikat fl-okkażjoni tal-Ingress tal-Isqof il-ġdid ta’ Għawdex Mons. Anton Teuma.

Il-filmat ta’ seba’ minuti, maħdum apposta b’animazzjonijiet ħelwin minn Catholic Kids Media f’kollaborazzjoni mad-Djoċesi ta’ Għawdex, fuq skript mexxej miktub minn Dun Joseph Bajada, li wieġeb għal dawn il-mistoqsijiet:

  • X’inhu isqof?
  • Kif jintgħażel?
  • U kif isir?
  • Issa li sar isqof, x’ser jagħmel?

Il-filmat kien magħmul bil-għan li jgħin lil żgħar u kbar jifhmu aħjar x’inhi l-missjoni ġdida li issa ġie fdat biha l-Isqof Dun Anton Teuma.

Similarment, biex jagħti merħba lill-Isqof il-ġdid, fl-okkażjoni tal-Ingress Solenni, il-Kor Djoċesan taż-Żgħażagħ f’Għawdex ipproduċa l-kanzunetta oriġinali “Ibqa’ magħna.”

Il-kompożizzjoni hija ta’ Richard Grech u l-lirika hija ta’ Francesco Pio Attard. Il-kliem tagħha hu mibni fuq il-motto magħżul mill-Isqof Anton Teuma mir-rakkont tad-dixxipli ta’ Għemmaws “U baqa’ miexi magħhom.”