Filmat: X’inhi tagħmel il-BirdLife biex tipproteġi l-Garni?

Bdiet fażi ġdid tal-proġett tal-BirdLife Malta għall-protezzjoni tal-Garni fejn se jiġu implimentati miżuri ta’ konservazzjoni, ibbażati fuq l-analiżi li saret fl-ewwel fażi tal-proġett.
Wara li fl-ewwel fażi ġew identifikati l-isfidi li taffaċċja l-popolazzjoni tal-Garnija, il-BirdLife nediet ukoll filmat uffiċjali tal-proġett LIFE Arċipelagu Garnija.
Fost l-azzjonijiet ta’ konservazzjoni wieħed jista’ jsib programm ta’ kontroll tal-popolazzjoni tal-frieħ, fejn se jsir xogħol mal-pubbliku biex jitnaqqas l-iskart li jitħalla qrib il-kolonji, partikolarmet fl-Irdum tal-Madonna u Kemmuna. Dan għaliex il-firien, li jagħmlu festa miż-żibel li jitħalla f’dawn il-postijiet, jispiċċaw jieklu l-bajd tal-Garni u l-frieħ tagħhom.
BirdLife Malta qed taħdem ukoll ma’ Transport Malta, biex titqajjem kuxjenza fost l-operaturi tad-dgħajjes li jorganizzaw vjaġġi qrib fejn ibejtu l-kolonji. Dawn l-għasafar, kawża ta’ mużika għolja u dawl eċċessiv jispiċċaw jidħlu fl-għerien.
Wieħed jista jsegwi aġġornamenti regolari dwar iċ-ċikli tal-bejta tal-Garni tul l-istaġun kollu minn hawnekk

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=R_Z89Hx-Elw]