Filmat: X’inhi l-missjoni ta’ Suor Theresa?

Is-sensiela Fattigi tkompli llejla fuq l-istazzjon Net fil-ħin tad-8.45pm fejn se naraw lil Catherine tħossha aħjar issa li raqdet raqda tajba, u fasslet pjan.

Mandy tikkonfronta lil missierha dwar is-sejba tar-ritratti li għandu ta’ Catherine. Mark ikollu jgħid lil Mandy li qed jgħix fil-karozza.

Maurizio qed iħossu imdejjaq ħafna b’ħajtu bħalissa. Axisa jinterroga lil Victor.

Sor Theresa fuq missjoni. X’inhi tagħmel?

Fattigi għandha kitba ta’ Bryan Muscat bi produzzjoni ta’ Watermelon Media.