Filmat: Xi twissija se tagħti Conċetta lil Ġermana?

Is-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba tkompli llejla fid-8.50pm fuq TVM. B’kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, illejla jixxandar is-16-il episodju mill-ewwel staġun.

Kif se teħodha Concetta? Emmnitha lil Karla? X’se tgħidilha dwar Sergio? Concetta tmur għand Ġermana. Tinsab irrabjata ħafna u twissieha biex ma tindaħalx fil-familja tagħha.

Ġużi x’se tgħidlu lil Emilio dwar Erminia? Kif inhi Laura?

Sadanittant Ġermana tmur tfittex lil Karla. X’riedet tgħidilha u għaliex Karla se tirrabbja bil-kbir magħha?

Bernardette u Agatha dwar xiex tkellmu?

Karla tiltaqa’ ma’ Salvatore. X’lezzjoni taha fuq id-dwieli u l-ward u xi ftehmu dwar il-futur tagħhom? X’qaltlu dwar ommha? X’ġara bejn Gaspare u Erminia?      

Dan hu dak li ġara fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra:

F’Ġieħ l-Imħabba għandu produzzjoni ta’ Rewind.