Filmat: Xi pjan għandu Kalċ għal Amelia f’L-Għarusa?

Bħal-lum erba’ ġimgħat, mit-Tlieta 1 ta’ Ottubru, jibda t-tieni staġun tas-sensiela L-Għarusa, bi produzzjoni ta’ SharpShoot Media fuq kitba ta’ Audrey Brincat Dalli. Id-direzzjoni tas-sensiela hi f’idejn Justin Farrugia u Steven Dalli.

Illum inħareġ it-tielet filmat promozzjonali mit-tim tal-produzzjoni u fih jidhru żewġ karattri partikolari, Kalċ (Joseph Zammit) u Amelia (Paula Mintoff).

Fl-aħħar stħarriġ li sar mill-Awtorità tax-Xandir, din is-sensiela rreġistrat l-akbar ammont ta’ telespettaturi u bla dubju hemm stennija kbira għall-istaġun li jmiss.

Il-mistoqsija wara dan il-filmat li nħareġ proprju llum mit-tim tal-produzzjoni toħroġ weħidha: x’inhu l-pjan li Kalċ għandu Amelia?

Ma fadalx wisq x’nistennew u kull ġimgħa ħafna segwaċi qed jistennew il-filmat promozzjonali li t-tim tal-produzzjoni qed iniedi biex dejjem joħolqu aktar kurżità fost l-eluf ta’ segwaċi fil-gżejjer Maltin.