Filmat: “Xi jġiegħlek teħodha bħala martek?”

L-14-il episodju tat-tieni staġun ta’ L-Għarusa jixxandar illejla fid-8.50pm  fuq TVM.

Bettina tiddiskuti ma’ ommha l-libsa tat-tieġ tagħha. Bettina ma tixtieqx li Vera tagħżel kollox li trid hi anzi tixtieq li tkun involuta fid-deċiżjoni. Amelia u Bert jargumentaw fuq il-ħajja tagħhom.

Tonin jidħol ħdejhom u jara li Bettina qegħda skomda waqt li Lucrezia u Vera qed jitkellmu fuq il-libsa u l-preparamenti tat-tieġ tagħha, allura jipprova jara x’se jivvinta biex jgħinha toħroġ minn ħdejhom.

Bettina tirringrazzjah u tgħidlu li tkun tafulu ta’ din. Tonin malajr jaħtafha fil-pront. Tonin jitkellem ma’ Bert ukoll dwar dan il-pjaċir. Min jaf xi pjaċir irid mingħand Bettina u Bert?

Bert jiddiskuti ma’ ħabib tiegħu s-sitwazzjoni tiegħu ma’ Septa. Amelia u Carlotta jippruvaw ikunu ċivili ma’ xulxin għaliex Bettina esprimit li x-xewqa tagħha li huma jkunu ħbieb.

L-Għarusa għandu kitba ta’ Audrey Brincat Dalli bi produzzjoni ta’ SharpShoot Media.