Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistieden ta’ George Cassar huwa Mons. Joseph Galea Curmi.
Il-qari tal-ġurnata
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann – Ġw 1, 1-18
U l-Verb sar bniedem u għammar fostna,
u aħna rajna l-glorja tiegħu,
il-glorja li għandu mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni,
mimli bil-grazzja u l-verità.
The Hand-Book
Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm.
Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.