Filmat: X’hemm miktub fuq il-libsa ta’ L-Għarusa?

Episodju ieħor mis-sensiela L-Għarusa b’kitba ta’ Audrey Brincat Dalli jitwassal illum fuq TVM fid-8.50pm.

Illejla naraw kif missier Karm iqum u ma jsib lil ibnu mkien ġod-dar. Ħadd ma jirrispondih meta jibda jgħajjatlu. Karm fil-fatt ikun barra ma’ Flaminia peress li kienet wegħditu li tieħdu magħha meta tmur tixtri.

Is-supretendent Fenech Lauri joħrog ifittex lil ibnu Karm barra mid-dar u jibda jistaqsi lin-nies jekk rawx lil Karm.

Għal Liz u Alan waslet il-ġurnata li tant ilhom jistennew, il-ġurnata fejn jiskopru jekk kienx hemm xi kitba fuq il-libsa tat-tieġ ta’ Bettina.

Flaminia u Karm jaslu d-dar fl-aħħar u missier Karm jibda jgħajjat magħhom għax ma misshomx qabdu u ħargu mingħajr ma qalulu.

Domenico jasal lura d-dar u Septa isaqsih jekk kienx ħadilha xi ikel miegħu. Septa m’għandix iktar x’tagħmel ħlief tiekol u tgħidlu li ddejqet imsakkra fid-dar. Tgħidlu wkoll li kieku tista’ taħraq il-post fejn qed tgħix anke jekk titlef ħajjitha. Temmen li aħjar hekk milli tibqa’ msakkra fid-dar fejn tinsab.

Domenico jgħidilha li m’għandix kuraġġ tagħmilha, u min taħt l-ilsien tgħidlu li ġa għamlitha darba. Domenico jismagħha u jsaqsiha jekk kienitx qed tiċċajta u min hemm jiskopri li kienet hi li ħarqet iċ-ċirku u li ħabba f’hekk mietu sħabhom ukoll. Septa tgħid li kien inċident u kull ma riedet tbeżżahom, mingħajr ma tweġġa il-ħadd.