Filmat: X’għandu f’moħħu Jonathan?

Episodju ieħor ġdid ta’ Fattigi jixxandar illejla fid-8.45pm fuq l-istazzjon Net fejn se nkunu naraw lil Mark u Mandy imorru fuq btala waqt li Francis tistaqsi lil Catherine jekk tridhiex tmur taħdem magħha.

Catherine ma’ tixtieqx titkellem fuq dil-ħaġa qabel ikollha aktar dettalji. Maryanne u Jonathan jitkellmu dwar divorzju amikevoli, imma mid-dehra, Jonathan għandu ass f’idejh.

Olaf joħlom dwar il-ġenituri tiegħu u jispiċċa anzjuż. Sister Margerita tirċievi ittra importanti fil-posta.

Patrick Bonnici

Segwi hawn x’ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra:

Tista’ ssegwi wkoll aktar xeni mill-puntata tal-lejla: