Filmat: X’għandek tagħmel meta tmur il-knisja?

Minn nhar is-Sibt 13 ta’ Ġunju filgħaxija se jibda jsir il-quddies bil-preżenza tal-pubbliku fil-knejjes Maltin. Iżda minħabba l-Covid-19 dan ir-ritorn mhux se jkun wieħed normali.

L-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Knisja f’Malta ħareġ filmat qasir biex jiġu spjegati l-miżuri l-ġodda maħsuba biex titħares is-saħħa ta’ dawk preżenti u jiġi evitat it-tixrid ta’ mard:

  • Persuni b’sintomi tal-influwenza jew temperaturi ogħla minn 37.2oC mhux se jitħallew jidħlu
  • Il-postijiet se jkunu limitati skont id-daqs ta’ kull knisja biex tinżamm distanza bejn il-membri tal-kongregazzjoni. Ushers u sinjali se jindikaw fejn wieħed jista’ jpoġġi. Dawk li jgħixu flimkien jistgħu jpoġġu viċin xulxin.
  • Għandu jiġi evitat kull kuntatt fiżiku u anke l-letturi (dawk li jaqraw il-Kelma ta’ Alla) se jiġu provduti kopji tal-qari biex tiġi evitata t-trażmissjoni tal-virus permezz tal-kuntatt mal-kotba.
  • Anke t-tqarbin se jsir b’mod differenti. Hu s-saċerdot li se jqarben lin-nies f’posthom u dak li jkun għandu jevita li jikkomunika dak il-ħin. Dawk li jippreferu jużaw maskra qed jiġu mitluba biex ma jneħħuhiex ħlief biex jitqarbnu. Hu ssuġġerit li l-visor hu aktar komdu għaliex m’hemmx bżonn jitneħħa.

Hi drawwa ta’ ħafna li wara l-quddiesa jgħidu kelma, dan għandu jiġi evitat kemm jista’ jkun.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn