Filmat: “X’għamlilna l-virus? Jew x’għamilna aħna?” – Clare Agius

Fiċ-ċirkostanzi li għaddejjin minnhom bħalissa, grupp ta’ artisti ngħaqdu flimkien biex iwasslu dan il-filmat ta’ riflessjoni. B’narazzjoni ta’ Clare Agius fuq script ta’ Clifford Galea Vella Masslennikov b’mużika ta’ Clifford Borg u muntaġġ ta’ Kurt Cauchi, dan il-filmat idur dawra madwarna lejn il-mod kif aħna konna qed ngħixu fl-aħħar żminijiet.

“Ejja nduru dawra madwarna hawn f’Malta. Bini bla rażan, ambjent sfruttat, arja maħmuġa. B’riżultat ta’ aktar problem respiratorji,” huwa parti minn dak li jintqal f’dan il-filmat li tajjeb li wieħed jarrah kollu kemm hu.

Tassew grazzi u prosit lil dawn l-individwi li f’dan il-mument ingħaqdu flimkien, anki jekk ‘il bogħod minn xulxin, biex iwasslulna dawn il-mumenti ta’ riflessjoni.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn