Filmat: Xeni ġodda mill-ewwel puntati ta’ Sorelle

Għada t-Tnejn tibda s-sensiela ta’ drama ta’ kuljum Sorelle, fit-3pm fuq TVM.

Din il-produzzjoni għandha kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa għal Rewind Productions.

Kif jindika l-filmat, se jkunu qed iseħħu bosta stejjer interessanti, fl-ewwel episodji li se jixxandru matul l-ewwel ġimgħa.

Iżda x’inhu dak li għandna nistennew fl-ewwel puntata ta’ għada t-Tnejn?

Naraw lil Meg tgerger għaliex ma tridx tiekol il-minestra. Ommha Maxine x’qaltilha? Naraw vann ġej b’veloċitá qawwija… x’ġara? Min rahom u x’għamlet? Maxine fejn qed tmur filgħaxija? X’inhu jiġri l-għassa tal-pulizija? Ma’ min qed tiltaqa’? X’qalu l-pulizija dwar dik li kienet ċemplet?

Sorelle jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-Tnejn 30 ta’ Settembru fuq TVM, b’ripetizzjoni dakinhar stess fil-11.35pm u l-għada filgħodu fis-06.15am.

Il-puntati ta’ ġimgħa sħiħa mbagħad jixxandru fuq TVM2 is-Sibt minn 12.05pm ‘il quddiem.

Aktar dettalji ssibuh fil-paġna ta’ Facebook ta’ Sorelle