Filmat: Xeni mill-ewwel episodju ta’ F’Ġieħ L-Imħabba

Nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru tibda s-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba ta’ Rewind.

B’kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, nibdew billi naraw lil Antonio u lil Francesca flimkien. Ġie jarahom Ġuseppe, ħu Antonio. X’ġab miegħu? Min huma Gaetano u Bernardo? Dwar xiex tkellmu Ġużeppe u Antonio jew aħjar Totó?

Ma’ min iltaqa’ fil-ġnien u x’qaltlu Francesca? Fejn kien sejjer Gaetano. Għaliex Karmelina talbitu biex jerġa’ lura d-dar magħha? X’ġaralhom?Bernardo x’għamel? Francesca x’marret tagħmel għand Ġużeppe? Min hu Marco? X’wissieh Ġużeppe?

Kif tistgħu taraw fil-filmat se jkunu qed jiġru ħafna intriċċi u bla dubju li din is-sensiela se tiġbed ħafna udjenzi lejha.

F’Ġieħ L-Imħabba jixxandar fuq TVM, mit-Tnejn 30 ta’ Settembru fid-8.50pm.

Għal aktar tagħrif idħlu fil-paġna ta’ F’Ġieħ L-Imħabba