Filmat: Xemgħat, fjuri u muturi għal Johanna fin-Naxxar

Xemgħat, fjuri u għexieren ta’ persuni bil-muturi fakkru l-memorja ta’ Johanna Boni, li propju tliet snin ilu tilfet ħajjitha kawża ta’ inċident bil-mutur fin-Naxxar.

Propju llum saret attivita fejn għaxieren ta’ persuni li jsuqu l-muturi ħarġu għal dawra flimkien li ntemmet propju fil-post fejn qed tiġi mfakkra l-mara li mietet fl-età 27 sena wara ħabta ma’ trakk fi Vjal il-Labour fin-Naxxar. Hi kienet ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. It-trakk kien qed jinstaq fid-direzzjoni ta’ Ħal Lija minn raġel ta’ 52 sena mill-Mellieħa.

“Il-ġenituri ta’ Johanna tawni pendent tagħha wara mewtha”

L-organizzattriċi ta’ dan l-avveniment, Fleur Marie Cilia Buckett tkellmet ma’ Newsbook.com.mt u iddeskriviet lil Boni bħala mara li kienet artikulata, kienet issuq bi prudenza u bil-galbu u “kienet waħda mill-bikers li ssuq mutur propju qisu għandha karozza, tistenna wara l-karozzi u ma tiskapulax it-traffiku sabiex la tkun ta’ periklu għaliha u bil-wisq inqas għal ħaddieħor.

Filmat: Luke Zerafa