Filmat: X’effett ħalliet ix-xita s’issa?

Ritratt: Samuel Scicluna Photography

Skont it-tbassir tat-temp maħruġ mill-uffiċċju Metereoloġiku, it-temp se jibqa’ msaħħab sal-aħħar tal-ġimgħa. Ix-xita mistennija tkompli tul il-lejl u l-ġurnata kollha għada.

Iżda s’issa x’effett ħalliet ix-xita f’Malta?

Skont il-filmat ippublikat fuq il-paġna Maltese Islands Weather, ix-xita ħakemt sew lil Għawdex minn wara nofsinhar ‘l hawn.

L-istess paġna ppublikat dan il-filmat fejn juri temp griż u sajjetti. Il-paġna appellat biex wieħed jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa u joqgħod attent f’temp ta’ din ix-xorta.

AQRA: Żewġ maltempati qawwijin se jgħaddu minn fuq Malta

Ibagħtilna ritratti u filmati fuq info@newsbook.com.mt