Filmat: X’dehrilkom mill-għarajjes iż-żgħar?

Għad għandhom 10 snin u huma għarajjes! Kaya Gouder Curmi u Ike Mizzi interpretaw kanzunetta Can You Feel The Love Tonight minn The Lion King.

Impressjonaw lill-ġurija waħda w sew tant li Ray, Howard, Maxine u Sarah qamu bil-wieqfa u bla dubju kisbu l-erba’ “Iva” mingħandhom, hekk kif Kaya u Ike ġew deskritti li taw wirja tal-ħolm.