Filmat: X’jaħsbu l-istudenti universitarji fuq ir-riżenja tal-Papa?

L-aħbar li l-Papa Benedittu XVI se jirriżenja fl-aħħar tax-xahar, ħadet lil kullħadd b’sorpriża. Dan ukoll minħabba l-fatt li l-aħħar pontifikat li kien irriżenja jmur lura fi żmien il-medju evu, aktar minn 600 sena ilu.

Kienu ħafna li staqsew jekk ir-riżenja tal-Papa kienetx l-aħjar deċiżjoni, għalih u għall-Knisja.

Aħna ħadna r-reazzjoni ta’ diversi studenti universitarji.

Il-maġġoranza assoluta qalu li kienet l-aħjar deċiżjoni minħabba l-età u s-saħħa tal-Papa

Sadanittant, anke l-qarrejja ta’ Newsbook jaqblu ma’ din id-deċiżjoni.

Tlieta minn kull erbgħa li rrispondew jekk jaqblux mar-riżenja, wieġbu fil-pożittiv.