Filmat: X Factor: X’ħin se nkunu nafu r-riżultati?

Il-programm X Factor qed ikompli bħalissa. Bid-differenza tal-programmi ta’ qabel, illum ikollna nistennew sal-aħħar biex inkunu nafu min huma dawk li għaddew għall-fażi li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni, is-Six Chair Challenge.

Għal din l-edizzjoni l-parteċipanti qed jagħtu l-wirjiet tagħhom fil-gruppi li ġew iffurmati, madanakollu ma jfissirx li se jibqgħu f’dan il-format sa tmiem il-programm.

Illejla se naraw ukoll liema kategoriji se jiġu mogħtija biex jieħdu ħsieb l-erba’ membri tal-ġurija, Ray Mercieca, Alexandra Alden, Ira Losco u Howard Keith Debono.

Isaac Mercieca u Miguel Bonello huma l-ewwel tnejn quddiem il-ġurija. Huwa waslu l-verżjoni tagħhom tas-silta Dancing With A Stranger.

Il-ġurija donnha apprezzat dak li ppreżentawlhom. Tgħid se nkomplu narawhom f’din il-kompetizzjoni?

X Factor ikompli…