Filmat: X Factor: “Mill-ewwel qbilna flimkien”

Samira Cauchi u Julia Balzan huma tnejn oħra li llejla dehru quddiem il-ġurija. Il-grupp tagħhom semmewh Bloodline. Mill-wirja tagħhom wieħed jista’ jinduna kif it-tnejn li huma tassew qed iħossuhom komdi flimkien.

“Mill-ewwel qbilna flimkien,” sostnew huma qabel ma taw il-wirja tagħhom bil-kanzunetta Lovely ta’ Billie Eilish.

“Wow! Verament għandkom ħafna personalità u l-harmonies kienu eċċezzjonali,” qalilhom Howard Keith Debono.

Diffiċli biex ma narawhomx fil-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni ta’ X Factor.