Filmat: X Factor “Mill-ewwel konna nafu xi rridu”

Għal ħafna X Factor huwa pjattaforma biex isaħħu t-talenti tagħhom.

Id-determinazzjoni ta’ Maya Sesay, Sheriden Balzan u Shazay Grima nħasset sew hekk kif huma qalu li mill-ewwel kienu jafu xi jridu u issa qed jittamaw li jgħaddu għall-fażi li jmiss.

Kienu ilhom biss tlett ijiem li bdew flimkien qabel din il-wirja tal-lejla u emmnu bis-sħiħ li għandhom ċans li jimxu aktar ‘il quddiem f’din il-kompetizzjoni.

Il-wirja tagħhom kienet ukoll mimlija enerġija u jinħass il-fatt li kantaw mill-qalb.

“X Factor għandu bżonn xi ħadd bħalkom,” ikkummenta Howard.