Filmat: X Factor “Ma tkunx taf xi jkunu jridu l-ġurija”

Anthea Bezzina, Luana Gatt u Greta Attard huma t-tlieta li jmiss fil-Bootcamp.

Iżda mhux kollha jħallu l-istess impressjoni fuq Ray, Ira, Alexandra u Howard, l-erba’ membri tal-ġurija tal-kompetizzjoni televiżiva ta’ X Factor Malta.

Anthea u Luana għaddew għall-fażi li jmiss. Greta hija ma’ dawk li l-futur tagħhom huwa dubjuż.

“Qatt ma tkun taf xi jridu l-ġurija. Minn jaf forsi jridu jisimgħuni nkanta xi ħaġa oħra,” qalet Greta.