Filmat: X Factor: “L-ewwel love song li qatt ktibt”

Dav. Jr illum reġa’ deher quddiem il-ġurija. Il-kantant żagħżugħ ppreżenta kanzunetta oriġinali tiegħu, li fil-fatt hija l-ewwel kanzunetta ta’ mħabba li qatt kiteb.

Il-wirja tiegħu donnha niżlet tajjeb u wara, Ben Camille pprova jitkixxef xi ħaġa li wisq probabbli ħafna jixtiequ li jkunu jafu.

“Ilni single tliet snin,” qal Dav. Jr.

U bla dubju li ħafna ħadu r-ruħ malli semgħuh jgħid hekk!