Filmat: X Factor: “Konna nkantaw għand in-nanna”

Marc Alan Spiteri Stafrace u Michela Scicluna huma l-uniċi tnejn li daħlu għal din il-kompetizzjoni bħala grupp. Huma kuġini. Jistqarru li kienu jiltaqgħu u joqogħdu jdoqqu għand nannithom.

Ira kkummentat li huma interessanti għalkemm l-għażla fir-repertorju tagħhom tista’ tkun aktar kurrenti. Bla dubju li huwa parir siewi li dawn it-tnejn għandhom jieħdu nota tiegħu, speċjalment jekk jaslu biex jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.

X’se jkun il-futur tagħhom bħala Two Blocks Away fil-kompetizzjoni ta’ X Factor?