Filmat: X Factor: Justin mhux iħossu komdu

Hemm dawk li jħossuhom komdi fil-formazzjoni tal-gruppi li sabu rwieħhom fihom, u hemm min le. Justin Parnis fetaħ qalbu fuq din l-esperjenza għax qed iħossu differenti mit-tlieta l-oħra.

Madankollu jidher li l-membri l-oħra tal-grupp ħassew li la l-ġurija għaqqdithom flimkien, sinjal li raw il-potenzjal fit-taħlita tal-vuċijiet tagħhom u finalment waslu wkoll għal qbil bejniethom dwar kif kulħadd iħossu komdu u jwasslu għall-prestazzjoni tagħhom waqt dan it-tielet jum tal-bootcamp.

Ray Mercieca deher kuntent b’din il-wirja!

Iżda x’se jkun il-verdett finali?

X Factor ikompli….