Filmat: X Factor: “Int se tkun stilla!”

Il-wirja ta’ Justine Shorfid jidher li impressjonat l-erba’ membri tal-ġurija.

Jekk tiftakru sew din il-parteċipanta diġà spiċċat ukoll fuq X Factor Global.

AQRA: Il-wirja ta’ Justine fuq X Factor Global

Il-kumment ta’ Ira huwa wieħed pożittiv. F’Justine tinħass id-determinazzjoni li twassal sal-fażi tas-Six Chair Challenge. Irrimarkat ukoll li kull meta tkanta Justine tħalli parti minnha fuq il-palk.

Ray ukoll kuntent. Iħoss li Justine għad trid issir stilla.