Filmat: X Factor: Giovanni b’kanzunetta oriġinali oħra

Illum erġajna rajna lil Giovanni quddiem il-ġurija. Sa mill-ewwel dehra tiegħu quddiem il-ġurija, iż-żagħżugħ wassal siltiet oriġinali.

Il-wirja tal-lum kienet xi ftit differenti u jidher li l-membri tal-ġurija apprezzaw l-isforzi tiegħu hekk kif beda juri l-kapaċitajiet tiegħu bħala artist u mhux biss bħala kantant.

“Irrid niskopri aktar,” qaltlu Alexandra, waqt li wieħed ma jistax ma jinnotax it-tbissima fuq wiċċ Howard.