Filmat: “X Factor għeni nikber bħala persuna” – Louise Johnson

Ir-rebbieħa ta’ X Factor UK tal-2015 Louisa Johnson hija l-mistiedna ta’ Ira Losco fil-fażi tal-lejla tal-Judges Houses.

Erba’ snin ilu din il-kantanta kienet fl-istess pożizzjoni tas-sitt kontestanti tal-lejla.

“L-esperjenza f’X Factor għenitni nikber bħala persuna,” kien wieħed mill-kummenti tagħha li tat wara li Ira introduċieta waqt li żvelat li bħalissa qed taħdem fuq materjal ġdid.