Filmat: X Factor Ema flimkien mal-grupp tagħha

Il-fatt li Ema Vella spiċċat fi grupp diġà qanqal xi ftit ta’ diskussjoni iżda llum kellna wkoll iċ-ċans li naraw il-potenzjal li raw l-erba’ membri tal-ġurija meta għaqqdu lil Ema flimkien ma’ Megan, Demi u Chanelle.

It-tfajliet jidhru li jaqblu bejniethom u jsostnu li qed jaħdmu ħafna bla waqfien. L-għaqda tagħhom tinħass sew hekk kif Ray Mercieca jinnota li bejniethom hemm aktar minn sempliċiment kollaborazzjoni ta’ grupp, hekk kif irrimarka wkoll li jinsab impressjonat bil-mod kif irnexxielhom jgħaqdu l-vuċijiet tagħhom b’dak il-mod.

B’kumment bħal dan il-probabbilitajiet huma li anki lil dawn se nkomplu narawhom fil-kompetizzjoni ta’ X Factor.