Filmat: X Factor: Brenda mill-ġdid bil-ukulele

Waqt din l-edizzjoni erġajna rajna lil Brenda Debattista li kienet għamlet l-ewwel audition tagħha bil-ukulele. Illejla qed narawha fi grupp u għal din il-wirja reġgħet użat il-ukulele hekk kif marret titgħallem biex twassal interpretazzjoni tal-kanzunetta tagħhom Good Boys permezz ta’ dan l-istrument.

Il-prestazzjoni tagħhom intlaqgħet biċ-ċaqċip u Alexandra tidher li hija impressjonata b’dan il-kunċett li ġie ppreżentat lill-ġurija għal dan it-tielet jum tal-Bootcamp.

Nistennew sal-aħħar tal-programm biex naraw min għadda jew le għall-fażi li jmiss.