Filmat: Wristbands għall-Istrina mill-SDM

Għat-tieni sena konsekuttiva, l-għaqda Studenti Demokristjani Maltin (SDM) qed terġa’ tniedi l-Proġett 7000, biex jinġabru fondi b’risq l-Istrina.
L-SDM se tkun qed tbigħ wristbands bil-fondi kollha jmorru għall-Istrina. Din l-inizjattiva hija parti mill-kampanja tal-Kunsill Studenti Universitarji, Solidaritree.
Membri tal-SDM, nhar it-Tnejn li għadda ltaqgħu mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, fejn spjegawlha li l-inizjattiva tagħhom se tkun qed tkopri l-iskejjel post sekondarji kollha fosthom il-Junior College, l-MCAST u s-6th Form ta’ Għawdex.