Filmat: Wirja unika tal-kalċijiet tal-parroċċa tas-Siġġiewi

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu fl-okkażjoni tal-Festa Għeneb organizzata mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, il-parroċċa tas-Siġġiewi, b’kollaborazzjoni mal-istess Kunsill, se ttella’ wirja unika tal-kalċijiet tal-Parroċċa li wħud minnhom imorru lura għall-bidu tas-Seklu 17.

L-esibizzjoni ser issir fil-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi u se tkun miftuħa bejn is-6.30 u l-10.30 pm.

Fost l-attrazzjonijiet se jkun hemm kalċi ta’ stil Biżantin li ġie rregalat lill-Parroċċa mill-Arċisqof Kattoliku ta’ Ateni, Mons Nikolaos Foskolos.

Il-pubbliku, fost l-oħrajn, se jingħata informazzjoni marbuta mal-istorja tal-kalċi li jintuża għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.