Filmat: “Wirja tal-għaġeb” – X Factor Global

Il-wirja li Destiny Chukunyere tat fit-tielet live show ta’ X Factor Malta issa spiċċat iddur id-dinja permezz ta’ X Factor Global li lbieraħ inkludew il-wirja tagħhom fuq is-siti soċjali tagħhom. Dakinhar l-edizzjoni kienet bit-tema Movie Spectacular hija interpretat is-silta He Lives in You minn The Lion King.

Il-Ħadd li għadda Destiny ssuperat ukoll il-fażi tar-raba’ live show u issa se tkun qed tikkompeti fil-finali tat-t-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta li se jsir nhar is-Sibt 8 ta’ Frar fl-MFCC f’Ta’ Qali.

Għall-biljetti idħlu fis-sit www.showshappening.com