Filmat: “Wirja Emozzjonali” – X Factor Global

Is-Sibt li għadda rajna lil Justine Shorfid tikklassifika fit-tieni post ta’ X Factor Malta. Il-kompetizzjoni ntrebħet minn Destiny Chukunyere iżda l-kliem ta’ tifħir għall-Justine, li għad għandha 16-il sena ma naqasx.

Il-wirjiet tagħha għal darb’oħra ġibdu l-attenzjoni ta’ X Factor Global li għażlu li jxerrdu fuq is-siti soċjali tagħhom il-wirja tagħha mill-finali meta kantat is-silta All I Want ta’ Kodaline, wirja li wasslet ukoll biex l-udjenza u l-membri tal-ġurija jqumu jċapċulha.

Nawguraw aktar suċċessi lil Justine.