Filmat: Wiċċ ġdid għall-pjazza tal-Munxar

Il-pjazza tal-Munxar se ssir mill-ġdid wara li ġew approvati fondi ta’ €800,000 għal dan il-proġett mill-Ministeru għal Għawdex.

Dan ftehim tħabbar mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana. Hija żiedet li permezz tal-inizjattiva ‘Proġett Għawdex’ għadd ta’ proġetti infrastrutturali qed jiġu mwettqa madwar Għawdex kollu. Kompliet li “Illum qed nagħtu bidu għal proġett ieħor li kien imsemmi fil-baġit li għadda fejn issa qed ngħaddu għall-fażi tal-implimentazjoni fejn permezz ta’ fondi li l-Ministeru għal Għawdex qed jgħaddi lill-Kunsill Lokali tal-Munxar, se jkun jista’ jsir il-proġett tal-pjazza tal-Munxar”.

Permezz ta’ dan il-proġett ir-residenti u dawk li jżuru l-Munzar se jkunu qed igawdi mhux biss minn tisbiħ estetiku imma aktar accessibilità u faċilitajiet anċellari li huma kompatibbli mal-viżjoni ta’ Eko-Għawdex.